|
|
Post...il-Poeta
"Krobt f’dezert maghluq bejn erba’ hitan izda ma harisx
Ghajjatt f'knisja ckejkna f’nofs tat-triq izda ma semghax
Bkejt fuq il-herza ta’ bir vojt izda ma rbumbjax
Werzaqt f'mithna mxekkla f’nofs ta’ wied izda ma ntebahx
'ma meta dort dawramejt fil-veni cavi ta qalb il-poplu sibt,
sibt, ifassal futur ghall-bierah bir-ramel f’nofs bahar,
il-poeta…
Sqaqien
Hemm sqaq li f’nofs moghdija jaghti l-isfel fuq ix-xaqliba ckejkna, ‘l hinn mid-dawl li f'nostalgiji kiebja, t-tradizzjoni, bil-pass meqjus, jitmexxa skond il-qawl
Hemm sqaq kemmxejn imdallam u bla arja u jixhed kull stqarrija ta’ inkwiet kull vizzju beda minnu, spicca f’triqtu il-bikja, sikta toqtol, f’tarf l-imwiet…
Hemm sqaq li jdoqq it-trombi ta’ saltnatu ghax zera' t-tajjeb, hasad bir ir-rebh ta' nies famuzi, nies li taw lil arthom il-gieh, il-paci, t-tama, rizq u ferh
Hemm sqaq li ghall-kuntrarju, gab in-niket ta' kemm ftahir imxekkel b’pont id-demm ta' kemm mard illi jnigges mexa jigri minn gol-kanali li gol-art jintemm
Hemm sqaq storbjuz u jtenni kataliena Ta' biki li ma jieqaf qatt u qatt Tal-mara li mwegggha, tolfoq barra Ta dat-tfajjel illi mgerrah f’dagha u swat
Hemm sqaq li fih kull hena, kollu mixtla u pjanti u fjuri mperrca fuq il-bjut u l-hajja kwieta miexja f’armonija mdawwra mall-kappella ta’ bla cnut
Hemm sqaq li miexjin inti, jien u Alla Li ma jidhirx hlief dalma taqta’ u cpar li jidher huwa dak li mxejna minnu biss id f’id, nimxu f’daqqa lkoll ahjar
Hemm sqaq li jisboq dell tal-gwerra l-vittmi ghax minnu tferrex frott il-qalbenin Hemm sqaq li ismu msahhar fuq l-imhabba ghax twahhad ma kull qalb il-mahbubin
Ghax is-sqaqien tal-hajja huma umani jinbnew skond ix-xewqat ta’ kull mahluq m'hemmx trejqa mbniet wehidha, lanqas wahda
li tista' tghid li tkebbset f’sqaq maghluq!
Kelmtejn...
bhal fjura tixxengel fuq xaghri kahlan
u z-ziffa tal-ghodwa titfewweg tirhan
hekk harsti bhal nahla tidakkar f'ghajnejk
u
qalbi tissawwar bhal fjur ta' haddejk
Ghaqda mal-Bahar
Mxejt lej' ix-xtajta hosbien Imdallam bil-hemda tal-bahar qalbien Mal-gebel jitfarrak, jitkisser il-hsieb tad-dlamijiet
Fuq ix-xefaq ta’ l-imghoddi hemm xemx xwejha niezla mghaggla wara shab sewdieni, qisha ma tridx tara’l wicci. Taht, bahar enormi, spiccut f'gejjieni mhux imfassal imxellel minghajr hajt
Madankollu, o bahar, tifhimni ghax int bhali rajt dwejjaq hassejtdiqa batejt, taht il-madmad tal-qamar saflieni
In-navigatur li salpa fuq dirghajk warrabtu, ghaddastu taht l-ghafsa ta’ subghajk. Is-sibbien tax-xtut ghaginthom u hmejthom Taht id-dirsa ta’ mewgek
Ghidli ja bahar, stqarr dak li ghamilt fittex ghidli dak li b’idejk int fassalt u b'mohhok taht l-irkiekel ghafast.
Ghidli isa u la ddumx, ghidli….? Qed thoss dak li qed inhoss jien? Qed tfittex dak li qed infittex jien, u qatt ma sibt soluzzjoni? Qatt(m) 'ghaddejt mir-revelazzjoni tan-nar?
Int bhali, artab imma mohhok tqil u iebes. Sincier, imma giddieb B'sahhtek, imma xorta dghajjef. Jien u inti ahwa, hbieb denji maghqudin bhal f’morsa ppressata mill-angli.
Insa l-imghoddi, ejja nitghannqu u nitbellhu fis-skiet. Ma nharsux lura, o bahar, Ma narawx l-inkwiet!
|
|
|
|